
Waqt attivita' organizzata ghall-membri tal-Kumitati, nhar is-Sibt, 30 ta' Jannar, 2010, gewwa l-MFCC, Ta' Qali, is-Sit Elettroniku www.plsanpawl.com gie ippremjat bhala l-aqwa f ' New Media' mill-Partit Laburista.
F'isem il-President u l-Kumitat Lokali, nirringrazzja lil dawk kollha li jghinu biex dan is-Sit jibqa' ghaddej bill-hidma tieghu sabiex iwassal il-messagg Laburista, b'mod specjali lil artikolisti, kontributuri finananzjarji, u lilkom li jghogobkom izzuru dan is-Sit b'mod regolari.
Nirringrazzja wkoll lit-Tmexxija u l-Amministrazzjoni tal-PL ghal pariri teknici li sikwiet jaghtuna. Inweghdu li ser nibqghu nahdmu sabiex l-ghan ta' dan is-Sit, li jwassal il-messagg tal-Partit Laburista, jkompli jissahhah u jasal ghandkom bl-ahjar mod possibbli.
| < Prev | Next > |
|---|








