Evarist Bartolo - 90 Sena li Ghamlu Differenza Kbira lill-Pajjizna

E-mail Print

Fis-sena 1920 pajjizna kien mimli bil-qghad, bil-faqar u bil-mard. Il-maggoranza tan-nies ma kienux jafu jiktbu u jaqraw. F’popolazzjoni ta’ 114,000 setghu jivvotaw biss kwazi 9000 ragel. In-nisa kienu bla vot. Il-kotra bla propjeta` u bla flus kienet bla vot. 

  Sa mit-twelid tieghu l-Partit Laburista hadem biex jaghti identita` Maltija lill-poplu taghna. Kien favur it-tishih tal-industrija lokali u favur id-dhul ta’ taxxa fuq il-gid biex il-gvern ikollu flus biex idahhal servizzi socjali ghall-iltiema u r-romol, pensjoni ghall-anzjani u skema ta’ assikurazzjoni ghall-haddiema meta jwegghu fuq il-post tax-xoghol. Kien favur id-dritt li haddiema jissiehbu f’union.

 

  Matul dawn id-disghin sena l-isbah mumenti tal-Partit Laburista kienu meta hadem biex:

idahhal il-vot ghal kulhadd, nisa u rgiel li ghall-ewwel darba kisbu lehen u sehem biex jinfluwenzaw dak li jigri f’pajjizna ;

idahhal il-liberta` tal-hsieb u tal-kuxjenza biex il-poplu taghna jibda jinheles mis-superstizzjonijiet u l-injoranza ;

f’pajjizna jibda jkun hemm separazzjoni bejn Knisja u Stat u l-Knisja ma tibqax tiddetta kif ghandek tivvota u timponi d-dnub il-mejjet kif kienet ghamlet fuq il-Partit Laburista, il-politici u l-gurnali tieghu ;

jaghti drittijiet civili lil min kien imwarrab u mkasbar bhall-omosesswali ;

pajjizna jibda jmexxi lilu nnifsu u ma jibqax bazi militari u navali ;

jibda zvilupp ekonomiku qawwi biex johloq il-gid u x-xoghol u jinfethu opportunitajiet godda ghall-Maltin u l-Ghawdxin f’arthom stess flok jibqghu kkundannati jemigraw biex jghixu.

 

  Sa mit-twelid tieghu l-Partit Laburista kellu fih haddiema minn oqsma differenti, nies li jahdmu ghal rashom u professjonisti.

 

  Tul dawn l-ahhar 90 sena ghandna hafna biex inkunu kburin bl-istorja tal-partit taghna. Il-Partit Laburista mexxa l-hidma ghall-helsien ta’ pajjizna. Ghallimna naqbzu ghal dak li hu taghna anki ma’ pajjizi ferm ikbar minna. Bena l-ekonomija tal-pajjiz bl-aqwa riedni f’idejna: banek, ajruport u port, linja tal-ajru u tal-bahar.

 

Zviluppa t-turizmu, il-fabbriki u t-tarznari. Dahhal l-edukazzjoni ghat-tfal kollha u fetah opportunitajiet godda ghaz-zghazagh. Bena s-servizzi socjali. Tejjeb il-kundizzjonijiet tax-xoghol. Holoq u qassam il-gid u bdiet tikber il-klassi tan-nofs. Dahhal sistema nazzjonali tas-sahha biex il-kura jehodha kulhadd. Eluf ta’ familji qed jghixu fi djar dicenti minhabba l-programm qawwi tal-gvern Laburista biex jibni djar u jqassam art pubblika bl-irhis.

 

  Biex inkunu nafu fejn sejrin, irridu nkunu nafu fejn ahna u rridu nkunu nafu mnejn ahna gejjin. Kullimkien fid-dinja llum il-partiti politici ghandhom it-tentazzjoni li jaghmlu politika ta’ spettaklu flok ta’ sustanza. Waqt li certament irridu nmissu l-qlub u l-imhuh permezz ta’ prezentazzjoni tajba fil-media, irridu wkoll ikollna pjan ta’ hidma politika biex ittejjeb il-hajja tan-nies.

  Fadlilna hafna x’naghmlu ghall-gid tal-poplu taghna biex noholqu socjeta` izjed umana, izjed gusta, izjed hielsa:

 

ma nergghux insiru kolonja llum li ninsabu fl-Unjoni Ewropea irridu nsahhu s-sehem tal-parlament nazzjonali biex infasslu l-hidma tal-Unjoni Ewropea mas-27 pajjiz iehor u mal-istituzzjonijiet Ewropej ;

noholqu l-kundizzjonijiet biex jikber l-investiment u jinholoq ix-xoghol u l-gid ;

ikollna socjeta` fejn il-hafna ma jibqghux jigu stmati cittadini tat-tieni klassi b’hafna drittijiet inqas mill-ftit privileggjati tal-qalba ;

niggieldu lill-faqar modern li qed ihalli madwar sittin elf jghixu f’diffikultajiet kbar ;

ikollna sistema edukattiva ghas-seklu 21 fejn dawk li qed jirnexxu jirnexxu ahjar u l-40 fil-mija li qed jaqghu lura jibdew jirnexxu ;ikollna sistema ta’ sahha fejn il-kura ma tiddependix minn kemm ghandek flus izda kemm ghandek bzonn ;

ikollna gvern li jonfoq it-taxxi tac-cittadini fuq ic-cittadini stess u mhux imorru fi ftit bwiet kbar bil-korruzzjoni ;

ikollna separazzjoni vera bejn l-Istat u l-Knisja u kostituzzjoni repubblikana moderna ;

indahhlu drittijiet civili bhad-divorzju, drittijiet umani shah ghall-omosesswali t-transgender ;

-ikollna regolaturi tassew indipendenti u jaqbzu ghac-cittadini kontra l-abbuzi tal-gvern u tas-settur kummercjali ;

ikollna xandir pubbliku nazzjonali hieles mill-jasar tal-gvern u li jkun spazju demokratiku li jesprimi d-diversita`kollha tal-pajjiz.

  Irridu nkunu lesti nibni fuq il-wirt kbir tal-partit taghna u flimkien nissahhu fil-principji u l-valuri taghna tal-gustizzja socjali u l-liberta`. L-akbar sfida li ghandna hi kif se nhaddmu l-principji taghna fis-seklu 21 biex intejbu l-hajja tal-Maltin u l-Ghawdxin ghax nuru li kapaci nwiegbu ghal dak li jridu minna fid-dinja tal-lum u ta’ ghada.