
Waqt li kien qed jindirizza l-Konferenza Generali, il-Mexxej Laburista, Dr. Joseph Muscat qal li l-Partit Laburista ghazel it-triq ta' Moviment ghal pajjiz ahjar. Sostna li l-PL qed jisma' l-messagg ta' dawk li m'ghadhomx jivvutaw u li nqatghu mill-politika. Spiccaw il-monopolji ekonomici u politici. Ghadda z-zmien li l-vot jitqies ta' xi partit jew iehor, izda l-vot jappartjeni lill-individwu. Tenna li dawk kolllha li qed jinghaqdu mal-Partit Laburista gejjin ghax jemmnu fil-mudell ta' 'Malta l-aqwa fl-Ewropa'.
Dr. Muscat sostna li dan hu Moviment ta' dawk li xebghu mill-irbit tal-bierah u jemmnu fill-Helsien ta' Ghada. Tkellem fuq il-Mozzjoni li kienet qed titressaq quddiem il-Konferenza, u sahaq li din tigbor fiha sett ta' principji li ghandhom ikunu gwida ghal-Manifest Elettorali ghal Elezzjoni Generali. Il-Mexxej Laburista sahaq li dan hu progett li ma' jispiccax meta l-Partit jirbah l-Elezzjoni General, izda dan jitkompla hekk kif il-poplu jaghti l-fiducja tieghu fil-Partit Laburista.
''Dan hu Moviment li jemmen fill-Kostituzzjoni, Demokrazija u Konsultazzjoni. Gvern Laburista jara li n-Newtralita' ta' pajjizna tiggedded u tigi mharsa''. Ser ikun Moviment li jhares il-valuri ta' pajjizna.
Rigward l-issue tad-Divorzju, Dr. Muscat sahaq li Gvern Laburista jressaq Abbozz ta' ligi dwar id-Divorzju u jaghti 'free vote' lid-Deputati Laburisti.
Il-Mexxej Laburista tenna li dan hu Moviment li jimpurtah minn kulhadd, moviment li jhares id-drittijiet ta' kulhadd, anke dawk f'minoranza fosthom persuni Gays. Moviment li jipproduci aktar opportunitajiet ghan-Nisa fis-socjeta' taghna.
Moviment tax-Xoghol - Il-Partit Laburista ser ikun qieghed jahdem qatiegh sabiex johloq akatar xoghol ghaliex ix-xoghol jeqred il-faqar u jgholli l-livell tal-Middle Class.
Moviment tal-Edukazzjoni - Gvern Laburista jara li t-tfal ikunu fic-centru u li l-genituri u l-ghalliema jkunu 'partners' sabiex jitjieb il-livell edukattiv tat-tfal taghna.
Moviment ta' Solidarjeta' Socjali - Gvern Laburista jassigura li l-Istat ikun aktar flessibbli sabiex issibu meta jkollok bzonnu. Stat li jhares id-drittijiet tal-anzjani u persuni b'dizabilita'.
Moviment tas-Sahha - Dan hu Moviment li jtejjeb il-kwalita' tas-servizz tas-Sahha, servizz tas-Sahha b'xejn u fil-hin. Huwa inaccetabbli li bniedem idum snin jistenna sabiex isirlu intervent.
Moviment tal-Middle Class - Gvern Laburista jsahhah dan is-settur, settur li qieghed isofri, settur li qed jahdem aktar u jaqla' inqas.
Moviment tal-Ekonomija - Dan il-Moviment ser ikun qieghed johrog lill-pajjizna mir-ricessjoni li dahal fiha u johloq aktar xoghol u gid. Moviment li jsahhah bosta setturi fosthom il-biedja u t-turizmu.
Moviment tal-Gustizzja Socjali - Gvern Laburista jahdem sabiex il-gid jitqassam b'mod gust. Dan hu partit li jaqbez ghal-foqra. Moviment li jemmen fil-Meritokrazija, fejn l-individwu jimxi skond kemm jaf u mhux lil min jaf.
Moviment tat-Trasparenza - Tmexxija serja u trasparenti tal-Finanzi tal-pajjiz u ta' kif jintefqu flus il-poplu.
Dr. Muscat tenna li dan il-Moviment ser ikun Moviment tal-Konsumaturi u Moviment taz-Zghazagh. ''Ghalhekk il-Pl qed jaghzel it-triq tal-Moviment. Nistieden lil kulhadd, inghaqdu maghna f'dan il-Moviment jekk temmnu li ghada jisbah jum ahjar, l-ahjar snin ghal-pajjizna ghadhom gejjin'', temm il-Mexxej Laburista.
| < Prev | Next > |
|---|








