Jekk temmen u tirrispetta tassew id-demokrazija parlamentari, tirrispetta tassew it-thaddim taghha u l-istitutuzzjonijiet parlamentari. Il-gvern ta’ Dr Lawrence Gonzi ma jirrispettax tassew id-demokrazija parlamentari. Lest jonfoq 100 miljun euro minn flusna biex jibni parlament gdid sadattant qed ihott is-sustanza u l-ispirtu tal-parlament minn gewwa.
X’jiswa li jkollok bini sabih minn barra izda l-bini jkun mejjet minn gewwa. Il-gvern ta’ Dr Gonzi qed joqtol is-sustanza u l-ispirtu tal-parlament. Mhux jaghtih l-ghodda beix jaghmel dmiru sewwa u jillegisla flimkien mal-istituzzjonijiet Ewropej li issa jiddeciedu maghna dak li jigri f’pajjizna.
Il-gvern ta’ Dr Gonzi juri stmerrija kbira lejn istituzzjonijiet li jaqghu taht il-parlament. Mhux l-ewwel darba li attakka lill-ufficcju tal-Ombudsman u tal-Awditur li jaqghu taht il-parlament li gieli kkritikaw in-nuqqasijiet tal-gvern. Il-gvern ta’ Dr Gonzi qed jerga’ jaghmel l-istess dwar l-investigazzjoni tal-awditur dwar l-ghoti tal-kuntratt ghall-bini ta’ estensjoni tal-power station f’Delimara. Qed jhedded lill-Awditur biex ma jaghmel xejn li jhassar l-ghoti ta’ dan il-kuntratt ghax inkella nehlu hafna flus !
Minkejja li l-Ufficcju Nazzjonali tal-Awditur ghadu ma temmx l-investigazzjoni tieghu dwar l-ghoti tal-kuntratt tal-estensjoni tal-power station f’Delimara lill-kumpanija Daniza BWSC, il-gvern hallasha 39 miljun euro u ordna li jinbeda x-xoghol. Qed jghabbi wkoll lill-awditur bir-responsabbilta` li jekk dan il-kuntratt jigi mhassar, l-Enemalta u l-gvern ikollhom ihallsu b’kollox multi ta’ 300 miljun euro.
Biex il-kumpanija Daniza BWSC setghet tirbah il-kuntratt kellhom jigru dawn il-fatti: jinbidlu r-regoli tal-loghba, jinbidel il-grawnd, ticcaqlaq il-lasta biex il-BWSC tiskorja, tinghata daqqa t'id tajba mir-referee u mill-organizzaturi tal-kompetizzjoni. Graw kollha. Mhux ta' b'xejn li Joseph Mizzi l-agent lokali tal-BWSC kien ilu mis-sena 2005, il-fazi pre-tender, jiftahar li l-kuntatti tieghu fl-oghla livelli tal-politika u fl-Enemalta se jrebbhu l-kuntratt lill-BWSC.
F'Gunju 2006 il-gvern u l-Enemalta habbru li l-impjanti l-godda ghal Delimara ghandhom jahdmu bil-gass naturali ghax ahjar ghall-but, ghall-ambjent u ghas-sahha tan-nies. Izda f'April 2009 thabbar li l-gvern u l-Enemalta se jaghtu l-kuntratt lill-BWSC ghall-impjant bil-makni tad-diesel li jithaddmu bil-heavy fuel oil, jipproducu mill-inqas 30 tunnelata skart velenuz kuljum li jiswewlna miljuni ta’ euro fis-sena biex nesportawh. Se jkollna bzonn nefqa ohra ta' 27 miljun euro (prezzijiet tal-lum) biex fi ftit snin ohra jinqaleb ghall-gass.
Minkejja li l-gvern kien favur impjanti li jahdmu bil-gass naturali, wara nofs is-sena 2007 m’ ghamel xejn biex pajjizna jinvesti u jkollu l-facilitajiet mehtiega ghall-provvista tal-gass naturali. Biex hekk bilfors issir l-ghazla ta’ impjant jahdem bil-heavy fuel oil “ghax m’ghandniex provvista ta’ gass naturali.”

F'Lulju 2008 il-Lahmeyer International (li l-agent lokali taghha huwa l-istess Mizzi, l-agent lokali tal-BWSC) giet imqabbda mill-Enemalta bhala referee "indipendenti" u rrikkmandat li l-impjant tal-BWSC ghalkemm prototip li bhalu ghadu qatt ma thaddem fid-dinja jista’ jkun tajjeb biex inaddaf il-hmieg li jikkaguna l-heavy fuel oil. BWSC u Lahmeyer International bnew mill-inqas tliet power stations flimkien fl-ahhar snin.
It-tliet kumpaniji li se jibbenefikaw mill-kuntratt: BWSC, Wartsila u Lahmeyer International kienu nvoluti f'kazi ta' korruzzjoni fejn xahhmu ufficjali tal-gvern u partiti politici beix jiehdu kuntratti ghall-bini tal-power stations. Maghhom se jgawdu Joseph Mizzi u Zaren Vassallo, l-ex sindku Nazzjonalista u sostenitur kbir tal-PN li se jiehu x-xoghol tal-bini u li ghandu c-chairman tal-Enemalta Alex Tranter jahdem mieghu.
L-impjant tal-BWSC li ntaghzel jipproduci l-iskart velenuz. Tal-Bateman li twarrab huwa nadif. L-impjant tal-BWSC jipproduci elettriku bi prezz oghla minn dak tal-bateman u dan ifisser kontijiet oghla tad-dawl u ilma. Mela l-ghala ntaghzel l-impjant tal-BWSC? Ghax f’Malta din il-kumpanija kellha l-aqwa kuntatti “fl-oghla livelli tal-politika lokali u fl-Enemalta.”








