It-Triq tal-Helsien - It-Tielet Parti

E-mail Print

 

 F'nofs is-snin 60, il-Partit Laburista kien ghaddej b'hidma kbira. Matul ix-xahar ta' Frar 1965, il-Perit Mintoff flikmkien ma Danny Cremona zar Londra, u ftit xhur wara ezattament f'Lulju, ghamel zjara ta' ghaxar t'ijiem  fl-Istati Uniti fuq stedina tad-Dipartiment ta' l-Istat Amerikan.

L-akbar kuntatt li Mintoff kellu mal-poplu kien permezz tal-meetings li kien jorganizza l-Partit Laburista. Dawn l-appuntamenti mal-poplu kienu jsiru spissi u b'mod  regolari. Uhud minn dawn il-meetings saru gewwa l-Hamrun, il-Gudja, is-Siggiewi, il-Gharghur u r-Rabat. Is-suggetti l-aktar li kien jitkellem dwarhom Dom Mintoff kienu t-tifsira vera tal-Indipendenza, in-Newtralita', il-Kostituzzjoni, ix-xoghol ghal kulhadd, l-emigrazzjoni sfurzata u l-holqien ta' aktar ligijiet socjali.

Fl-Lulju tal-1966, l-Inghilterra habbret li riedet tnaqqas l-ispiza tad-difiza bi £ 8 miljun u ghaldaqstant, kienu ser jintilfu eluf ta' impjiegi gewwa pajjizna. Dan kollu wassal sabiex f'Jannar 1967, thabbbru l-mizuri dwar ir-rundown. Kien ippjanat li bejn l-1967-1969 kellhom jigu ssenjati 4,160 haddiem. F'wiehed mid-diskorsi li ghamel f'Jannar tal-1967 fil-Parlament, il-Perit Mintoff qal -

''L-iskop ta' Malta ghandu jkun li ggieghel lill-Gvern Ingliz jaqlaghha mill-istonku tieghu u jghid li veru ghandu bzonn Malta, biex malli jghidilna hekk, nghidulu - mela issa ejja naghmlu business. Hekk biss isiru l-affarijiet u m'hemmx karita' u simpatija. Bejn Gvernijiet m'hemmx morali''. 

 Il-qasam tax-xoghol kien dejjem fuq quddiem fl-agenda tal-Partit Laburista mmexxi minn Dom Mintoff. Hu kien dejjem isostni li - 

''Malta m'ghandhiex tiddependi mid-difiza. Il-bazi Ingliza trid tispicca, izda l-ewwel isir ftehim ma' l-Inghilterra fuq xoghol alternattiv ghall-haddiema''.

 

L-ewwel partijiet ta' din is-sensiela jistghu jinqraw f'sezzjoni 'Partit' ta' dan is-sit elettroniku.